Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ottubru 2010 - Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Auch, Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2010/426/UE li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xGA21 (SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi jew essenzjalment simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-478/10, Département du Gers vs Il-Kummissjoni.

____________