Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Ġunju 2011 - Leopardi Dittajuti vs UASI - Llopart Vilarós (CONTE LEOPARDI DITTAJUTI)

(Kawża T-303/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Piervittorio Francesco Leopardi Dittajuti (Numana, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone, D. Demarinis u G. Orsoni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Pedro Llopart Vilarós (Sant Sadurní D'Anoia, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' April 2011 fil-Każ R 1437/2010-2, u sussegwentement tordna lill-Uffiċċju sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma mas-sentenza mogħtija; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanzi kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "CONTE LEOPARDI DITTAJUTI", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35, 40 u 43 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6428338

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2073540 tat-trade mark figurattiva "Leopardi", għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tar-Regoli 49(1) u 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, applikabbli għall-proċedimenti ta' appell skont ir-Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell: (i) iddeċieda b'mod żbaljat li ma jissospendix il-proċeduri u li jippostponi t-terminu ta' skadenza kif mitlub b'mod konġunt mill-partijiet; (ii) ħa inkunsiderazzjoni b'mod żbaljat it-talba konġunta tal-partijiet wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-motivazzjonijiet, fejn b'hekk żamm lill-parti kkonċernata milli tissottometti l-istess sad-data stabbilita u b'hekk skada t-terminu taż-żmien; u (iii) ksur tar-rekwiżiti proċedurali mill-Bord tal-Appell, peress li huwa ma ħax inkunsiderazzjoni r-raġunijiet għall-appell, minkejja li l-istqarrijiet rilevanti kienu ġew sottomessi wara t-terminu ta' skadenza, bi ksur ukoll tal-prinċipju ġenerali tal-ekonomija tal-ġudizzju u tal-preservazzjoni tal-validità tal-proċess.

____________