Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Italmobiliare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/11) 1

(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tintalab informazzjoni – Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italmobiliare SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Siragusa, F. Moretti, L. Nascimbene, G. Rizza u M. Piergiovanni, sussegwentement minn M. Siragusa, F. Moretti, L. Nascimbene u G. Rizza, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, L. Malferrari, É. Gippini Fournier u C. Hödlmayr, sussegwentement minn L. Malferrari, É. Gippini Fournier u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn M. Malaguti, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2364 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Italmobiliare SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 232, 06.08.2011.