Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – HIT Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Regoli dwar l-imputabbiltà tal-prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha – Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti – Terminu raġonevoli”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: HIT Groep (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment G. van der Wal, G. Oosterhuis u H. Albers, sussegwentement G. van der Wal u G. Oosterhuis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, S. Noë u V. Bottka, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.HIT Groep BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni

Ewropea.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010.