Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ottubru 2013 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-554/11) 1

(“Rikors għal annullament – Finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ ċerti proġetti fit-Tuneżija, fil-kuntest tal-programm EuropeAid – Żvilupp ta’ sistema ta’ informatika integrata għall-organizzazzjoni ġuridika Tuneżina – Ġbir mill-Kummissjoni ta’ dejn dovut minn terzi lit-Tuneżija – Nota ta’ debitu – Atti li ma jistgħux jiġu sepatati mill-kuntratt – Att li ma jistax jiġi appellat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u S. Bartelt, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li jitħallsu somom allegatament dovuti u li teżiġi r-rimbors tas-somma ta’ EUR 281 270 mħallsa fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt EuropeAid/124378/D/SER/TN (Nru 2007/145-464), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Awwissu 2001 (C&F/2001/D/001101), kif ukoll in-nota ta’ debitu Nru 3241108036 irċevuta mir-rikorrenti fis-17 ta’ Awwissu 2011, u tad-deċiżjonijiet kollha relatati tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 370, 17.12.2011.