Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-5 ta’ Diċembru 2023 – Cividale SpA, Flag Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico et

(Kawża C-746/23, Cividale u Flag)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cividale SpA, Flag Srl

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Direzione Generale per l’incentivazione delle attività imprenditoriali del Ministero dello Sviluppo Economico, Dipartimento per lo sviluppo e la coesione economica del Ministero dello Sviluppo Economico, Direzione Generale per l'incentivazione delle attività imprenditoriali del Ministero dello Sviluppo Economico-Divisione X

Domandi preliminari

Miżura bħal dik stabbilita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fil-paragrafu 20 [tal-verżjoni oriġinali ta’ dan id-digriet għal rinviju preliminari], u b’mod partikolari l-miżura stabbilita fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Digriet Ministerjali Nru 73/2004 tikkwalifika bħala “għajnuna” skont u fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 TFUE kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE 1 ?

Miżura bħal dik stabbilita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fil-paragrafu 20 [tal-verżjoni oriġinali ta’ dan id-digriet għal rinviju preliminari], u b’mod partikolari l-miżura stabbilita fl-Artikolu 2(2)(b) tad-Digriet Ministerjali Nru 73/2004 tikkwalifika bħala “għajnuna” skont u fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 TFUE kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.