Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Marzu 2013 - Calestep vs ECHA

(Kawża T-89/13 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Tariffi u drittijiet dovuti lill-ECHA - Tariffi mnaqqsa mogħtija lill-impriżi ż-żgħar - Verifika mill-ECHA tad-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Deċiżjoni li tordna l-irkupru tal-bilanċ mhux miġbur tat-tariffa sħiħa dovuta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Calestep, SL (Estepa, Spanja) (rappreżentant: E. Cabezas Mateos, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Jacquet, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tat-tfakkir għall-ħlas tat-23 ta' Jannar u tat-8 ta' Frar 2013 mibgħuta mill-ECHA lir-rikorrenti għar-raġuni li din tal-aħħar ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tat-tariffi previst għall-impriżi ż-żgħar.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________