Language of document : ECLI:EU:T:2014:778





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Herdade de S. Tiago II vs UASI – Polo/Lauren (V)

(Kawża T‑90/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva V – Trade marks Komunitarji, nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti li jirrapreżentaw plejer tal-polo – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23-26)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva V u trade marks figurattivi li jirrapreżentaw plejer tal-polo (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28-30, 43)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 31)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq – Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 45)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri – Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 47)

6.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 48)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Rabta bejn it-trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 53, 56, 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2240/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP u Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.