Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Calestep vs ECHA

(Kawża T-89/13) 1

(“REACH – Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza – Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża – Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva – Rakkomandazzjoni Nru 2003/361/KE – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Calestep, SL (Estepa, Spanja) (rappreżentant: E. Cabezas Mateos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni SME (2012) 4028 tal-ECHA, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis fil-ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha spejjeż amministrattivi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. Calestep, SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 108, 13.4.2013.