Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Awwissu 2011 - Dectane vs UASI - Hella (DAYLINE)

(Kawża T-463/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dectane GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hella KGaA Hueck & Co. (Lippstadt, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-UASI tal-15 ta' Ġunju 2011;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "DAYLINE" għal prodotti fil-klassi 11 - Applikazzjoni Nru 7 070 238

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Hella KgaA Hueck & Co.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "Ledayline" għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________