Language of document : ECLI:EU:T:2013:633





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2013 – Colgate-Palmolive vs UASI – dm-drogerie markt (360º SONIC ENERGY)

(Kawża T‑467/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 360º SONIC ENERGY – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti SONIC POWER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ appell – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti u s-servizzi wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Konsegwenzi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(1)) (ara l-punti 16-18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 32, 68)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali 360º SONIC ENERGY u SONIC POWER (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 67, 69, 70)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Analiżi li għandha ssir fir-rigward tal-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35-38, 59)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti – Rilevanza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 75)

6.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 76)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑25 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1094/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm‑drogerie markt GmbH & Co. KG u Colgate‑Palmolive Company.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colgate‑Palmolive Company hija kkundannata għall-ispejjeż.