Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2011 - MSE Pharmazeutika vs UASI - Merck Sharp & Dohme (SINAMIT)

(Kawża T-100/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSE Pharmazeutika GmbH (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck Sharp & Dohme Corp. (New Jersey, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta' Diċembru 2010 fil-Każ R 724/2010-1;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Marzu 2010, li laqgħet l-oppożizzjoni Nru B 1441684.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "SINAMIT", għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 32 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 951596

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali Awstrijaka Nru 57446, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali tal-Benelux Nru 320194, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Daniża Nru VR197302373, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Finlandiża Nru 49091, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Griega Nru 34959, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Ungeriza Nru 116223, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Latvjana Nru M18257, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Litwana Nru 12963, "SINEMET", għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell b'mod żbaljat ikkunsidra li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, billi qies li minn naħa, hemm xebh kbir bejn it-trade marks u min-naħa l-oħra, hemm identiċità u xebh bejn il-prodotti koperti mit-trade marks.

____________