Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Diċembru 2009 - EDF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/04)1

("Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Drittijiet proċedurali tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Kriterju tal-investitur privat")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u C. Giolito, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u A.-L. Vendrolini, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u É. Barbier de La Serre, avukati)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tal-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri ta' għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003), adottata fis-16 ta' Diċembru 2003.

Dispożittiv

L-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar miżuri ta' għajnuna favur EDF u s-settur tal-industriji tal-elettriku u tal-gass (C 68/2002, N 504/2003 u C 25/2003), adottata fis-16 ta' Diċembru 2003, huma annullati.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Électricité de France (EDF).

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Iberdrola, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 179, 10.07.2004.