Language of document : ECLI:EU:T:2013:433





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2013 —
Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑73/08)

“Għajnuna finanzjarja mħallsa fil-kuntest tal-programm Daphné II — Determinazzjoni tal-ammont tas-sussidju finali — Nota ta’ debitu — Att li jista’ jiġi kkontestat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Smigħ xieraq — Żbalji ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Suġġett tat-tilwima — Definizzjoni — Emenda fil-mori tal-kawża — Projbizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 42‑44)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Introduzzjoni ta’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Ċaħda ta’ rikors fuq il-mertu mingħajr ma l-ewwel ġiet deċiża l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Ekonomija tal-ġudizzju (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali) (ara l-punti 47, 48)

3.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna minħabba irregolaritajiet — Assenza ta’ kopja tal-kuntratt ta’ xogħol — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tad-data — Assenza — Spejjeż mhux eliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 55-59)

4.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament inkorsi — Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati — Assenza — Spejjeż mhux eliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 67‑70)

5.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament inkorsi — Tqassim tal-oneru tal-prova (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 79‑81, 103‑105)

6.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna minħabba irregolaritajiet — Kunflitt ta’ interessi — Spejjeż mhux eliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 126‑130)

7.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna — Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna minħabba irregolaritajiet — Spejjeż mhux eliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 132‑135, 153, 154)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Applikazzjoni għall-proċeduri amministrattivi mibdija mill-Kummissjoni — Għajnuna finanzjarja Komunitarja — Terminu xieraq għall-preżentata tal-osservazzjonijiet — Rifjut li tingħata proroga tat-terminu għal risposta — Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 187‑192)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu tas-26 ta’ Novembru 2007, li permezz tagħha hija talbet lir-rikorrent jirrimborsaha s-somma ta’ EUR 23 228.07 li hija kienet ħallsitu skont il-ftehim ta’ sussidju Daphné (JLS/DAP/2004‑1/080/YC).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV huwa kkundannat għall-ispejjeż.