Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2008 - Promat vs L-UASI - Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.)

(Kawża T-71/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Rechtsanwältin S. Beckmann, Barċellona)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Prosima Comercial, SA (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-UASI tas-27 ta' Novembru 2007 fil-każ R 574/2007-2;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Prosima Comercial S.A.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A." għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 11, 16, 17, 20, 22, 35-39, 41 u 42 (Nru ta' reġistrazzjoni 2 423 176).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "Promina" għal prodotti fil-klassi 7 (trade mark Ġermaniża Nru 847 011).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li l-UASI kkunsidra żbaljatament li l-prodotti ma kinux jixtiebħu.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).