Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2009 - Promat vs UASI - Prosima Comercial (PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A.)

(Kawża T-71/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROSIMA PROSIMA COMERCIAL S.A. - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROMINA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn il-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Beckmann, sussegwentement H. Alt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Prosima Comercial, SA (Barċellona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta' Novembru 2007 (Każ R 574/2007-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Promat GmbH u Prosima Comercial, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 92, 12.04.2008.