Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - Travel Service vs UASI - Eurowings Luftverkehrs (smartWings)

(Kawża T-72/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva smartWings - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti EUROWINGS u EuroWings - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Artikolu 79 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Travel Service a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: S. Hejdová u R. Charvát, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Eurowings Luftverkehrs AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' Novembru 2007 (Każ R 1515/2006-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Eurowings Luftverkehrs AG u Travel Services a.s.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Travel Services a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' Eurowings Luftverkehrs AG.

____________

1 - ĠU C 107, 26.04.2008.