Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - Now Pharm AG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/08) 1

("Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Proċedura ta' denominazzjoni tal-prodotti mediċinali orfni - Applikazzjoni għal denominazzjoni tal-prodott mediċinali 'Estratt likwidu speċjali ta' Chelidonii radix' ('Ukrain') bħala prodott mediċinali orfni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad id-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Now Pharm AG (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment C. Kaletta u I.-J. Tegebauer, sussegwentement C. Kaletta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 6132, tal-4 ta' Diċembru 2007, dwar iċ-ċaħda tad-denominazzjoni tal-prodott mediċinali "Estratt likwidu speċjali ta' Chelidonii radix" bħala prodott mediċinali orfni, skont ir-Regolament (KE) Nru 141/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Now Pharm AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 92, 12.4.2008.