Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2013 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world)

(Kawża T-488/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 0935/2012-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “engineering for a better world” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 35, 37, 39, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 244 416

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.