Language of document : ECLI:EU:C:2016:641





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Settembru 2016 – Velikova

(Kawża C-228/15) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċirkolaw u li jirresjedu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ rilevanza tat-talba għal deċiżjoni preliminari għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94) (ara l-punti 17-20, 36)

2.                     Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domanda manifestament irrilevanti (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punt 35)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Catania (Qorti ta’ Catania, l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2015, hija manifestament inammissibbli.


1 ĠU C 245, 27.7.2015.