Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 – British Sugar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-86/10) 1

[“Agrikoltura – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni – Annullament u dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1193/2009 wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Sugar plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment K. Lasok, QC, G. Facenna, barrister, W. Robinson, P. Doris u D. Das, solicitors, sussegwentement K. Lasok, G. Facenna, W. Robinson u D. Das)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u P. Rossi, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado); u Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: R. Janeckaitė u R. Krasuckaitė, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Drēviņa u K. Krasovska, aġenti); u Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u S. Hathaway, sussegwentement S. Behzadi-Spencer u A. Robinson, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1).DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ British Sugar plc.Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.