Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Frar 2010 - Inter IKEA Systems vs UASI - Meteor Controls (GLÄNSA)

(Kawża T-88/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inter IKEA Systems B.V. (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Gulliksson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meteor Controls International Limited (Cookstown, l-Irlanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Diċembru 2009 fil-Każ R 529/2009-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inkorsi kemm f'dawn il-proċeduri u fil-proċedimenti quddiemu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Inter IKEA Systems

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "GLÄNSA", għal oġġetti fil-klassi 11

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali "GLANZ", għal oġġetti fil-klassijiet 6, 9 u 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għat-trade mark miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħmel evalwazzjoni u tqabbil globali korretti tat-trade marks ikkonċernati, u b'hekk ikkonstata b'mod żbaljat li dawn kienu simili u, konsegwentement, li kien hemm prababbiltà ta' konfużjoni bejniethom.

____________