Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi Design et (Rappreżentazzjoni ta’ superfiċje b’tikek suwed)

(Kawżi T-331/10 RENV u T-416/10 RENV) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentew superfiċje b’tikek suwed – Raġuni assoluta għal rifjut – Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co. Ltd (Tsubame-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvezja); Bodum France (Neuilly-sur-Seine, Franza); u Bodum Logistics A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: H. Pernez u R. Löhr, avukati)SuġġettRikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każijiet R 1235/2008-1 u R 1237/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjonijiet ta’ invalidità bejn Pi-design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, minn naħa, u Yoshida Metal Industry Co. Ltd, min-naħa l-oħra.DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Yoshida Metal Industry Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u

Disinni

) (UASI) u minn Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.