Language of document : ECLI:EU:T:2014:70





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 — dm-drogerie markt vs UASI – Semtee (CALDEA)

(Kawża T‑26/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għal trade mark Komunitarja verbali CALDEA — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 15, 16, 23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali CALDEA u BALEA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 24, 25, 28, 52, 53, 55)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 29)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2432/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm‑drogerie markt GmbH & Co. KG u Semtee.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż.