Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Cactus vs UASI – Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ)

(Kawża T-24/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ –Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CACTUS u figurattiva preċedenti Cactus –Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cactus SA (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Isabel Del Rio Rodríguez (Malaga, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2005/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cactus SA u Isabel Del Rio Rodríguez.

Dispożittiv

Il-punt 1 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-19 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2005/2011-2), huwa annullat sa fejn ifisser iċ-ċaħda tal-oppożizzjoni minħabba li s-servizzi ta’ “bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski”, li jaqgħu taħt il-klassi 35, ma kinux koperti mit-trade marks preċedenti. Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2012, imsemmija iktar ’il fuq, huwa annullat sa fejn ifisser l-annullament tal-parti tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni li laqgħet l-oppożizzjoni bbażata fuq il-“fjuri u pjanti naturali; żrieragħ”, prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 31, kif ukoll il-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din l-istess deċiżjoni, li caħad l-oppożizzjoni bbażata fuq l-imsemmija prodotti. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Cactus SA għandha tbati terz tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. L-UASI għandha tbati żewġ terzi tal-imsemmija spejjeż.

____________

1     ĠU C 101, 06.04.2013.