Language of document : ECLI:EU:T:2015:494





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 —
Cactus vs UASI – Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ)

(Kawża T‑24/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CACTUS u figurattiva preċedenti Cactus –Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati u għat-talbiet imressqa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell minn deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li tiddeċiedi fl-ewwel istanza mibgħut quddiem il-Bord tal-Appell — Kontinwità funzjonali bejn dawn iż-żewġ istanzi — Eżami tal-appell mill-Bord tal-Appell — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1) (ara l-punt 24)

3.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3), tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 44)

4.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)(a) u 42(2) u (3)) (ara l-punti 46, 47)

5.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 49, 50)

6.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 51)

7.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Terminu stabbilit mill-Uffiċċju — Produzzjoni ta’ provi addizzjonali wara l-iskadenza tat-terminu iżda fid-dawl ta’ elementi ġodda — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3) u 76(2);Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(2)) (ara l-punti 76-81)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2005/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cactus SA u Isabel Del Rio Rodríguez.

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-19 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2005/2011-2), huwa annullat sa fejn ifisser iċ-ċaħda tal-oppożizzjoni minħabba li s-servizzi ta’ “bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski”, li jaqgħu taħt il-klassi 35, ma kinux koperti mit-trade marks preċedenti.

2)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2012, imsemmija iktar ’il fuq, huwa annullat sa fejn ifisser l-annullament tal-parti tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni li laqgħet l-oppożizzjoni bbażata fuq il-“fjuri u pjanti naturali; żrieragħ”, prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 31, kif ukoll il-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din l-istess deċiżjoni, li ċaħad l-oppożizzjoni bbażata fuq l-imsemmija prodotti.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Cactus SA għandha tbati terz tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. L-UASI għandu jbati żewġ terzi tal-imsemmija spejjeż.