Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2021 – Beverage City & Lifestyle GmbH et vs Advance Magazine Publishers, Inc.

(Kawża C-832/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beverage City & Lifestyle GmbH, MJ, Beverage City Polska Sp.z.o.o., FE

Konvenut: Advance Magazine Publishers, Inc.

Domanda preliminari

L-Oberlandesgericht Düsseldorf tagħmel din it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea 1 flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 2 :

It-talbiet huma “marbuta tant strettament” ma’ xulxin li hemm lok li jinstemgħu u jiġu deċiżi fl-istess ħin sabiex jiġu evitati sentenzi irrikonċiljabbli, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1215/2012, fejn, fil-kuntest ta’ azzjoni għal kontrafazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, ir-rabta tikkonsisti fil-fatt li l-konvenut stabbilit fi Stat Membru (fil-każ ineżami, il-Polonja) ipprovda l-prodotti li jiksru trade mark tal-Unjoni lil konvenut stabbilit fi Stat Membru ieħor (fil-każ ineżami, il-Ġermanja), li r-rappreżentant legali tiegħu, li fil-konfront tiegħu tressqu wkoll proċeduri ta’ kontrafazzjoni, huwa l-konvenut ta’ ankraġġ, fil-każ fejn il-partijiet huma marbuta ma’ xulxin b’sempliċi relazzjoni ta’ provvista u ma hemmx, fid-dritt jew fil-fatt, rabta li tmur lil hinn?

____________

1 ĠU 2017 L 154, p. 1

1 ĠU 2012, L 351, p. 1