Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2009 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li biha l-konvenuta tiċħad talba għar-rimbors għal 100 % ta' xi spejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tal-25 ta' Novembru 2002, sa fejn neċessarju u skont l-Artikolu 241 KE, minħabba li ma tapplikax għall-kawża inkwistjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-leġiżlazzjoni kif ukoll l-allegat opinjoni tal-kunsill mediku;

tannulla n-nota tal-5 ta' Awwissu 2008;

sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tal-1 ta' Novembru 2008;

sa fejn neċessarju, tannulla n-nota tal-4 ta' Marzu 2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 25 000, jew kull somma oħra li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-miżuri tagħha, li l-annullament tagħhom qed jintalab f'dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

____________