Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Smart Technologies vs UASI (WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH)

(Kawża T-523/09)1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smart Technologies ULC (Calgary, il-Kanada) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, T. Elias, barrister, u R. Harrison, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: . Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Settembru 2009, (Każ R 554/2009-2), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Smart Technologies ULC għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 51, 27.2.2010.