Language of document : ECLI:EU:T:2018:171





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat22 ta’ Marzu 2018 – Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T732/16 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji –Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Spanja lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Garanzija pubblika mogħtija minn entità pubblika – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni– Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 156(4)

(ara l-punti 32-35)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 156(4)

(ara l-punti  38-45, 51, 56)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u sabiex tiġi sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal‑4 ta’ Lulju 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol, Hércules Club de Fútbol, SAD u Elche Club de Fútbol, SAD (ĠU 2017, L 55, p. 12).

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal‑10 ta’ Novembru 2016, Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (T‑732/16 R), huwa revokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.

2)

Id-digriet tal‑10 ta’ Novembru 2016, Valencia Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (T‑732/16 R), huwa revokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.