Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2009 - Doyle vs Europol

(Kawża F-37/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Margaret Doyle (Noordwijkerhout, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li tiġi offruta impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut informa lill-konvenuta li ma setax joffrilha impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija fuq ilment fis-7 ta' Jannar 2009 li tiddikjara l-ilmenti li r-rikorrenti għamlet kontra l-ewwel deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 bħala infondati;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________