Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2009 - Unity OSG FZE vs Il-Kunsill u EUPOL Afghanistan
(Kawża T-511/08 R)
(Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Ċaħda ta' offerta - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' urġenza)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unity OSG FZE (Sharjah, Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: C. Bryant u J. McEwen, solicitors)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: G. Marhic u A. Vitro, aġenti); u Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) (Kabul, l-Afganistan)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, meħuda minn EUPOL Afghanistan fil-kuntest ta' proċedura ta' sejħa għal offerti, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt ta' provvista ta' servizzi ta' sigurtà u ta' protezzjoni mill-qrib fl-Afganistan lil offerent ieħor.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma riżervati.
____________