Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' April 2010 - Laboratorios Byly vs UASI - Ginis (BILLY'S Products)
"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BILLY'S Products - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti BYLY u byly - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Byly, SA (Barberà del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: L. Plaza Fernández-Villa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vasileios Ginis (Ateni, il-Greċja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Settembru 2008 (Każ R 469/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Laboratorios Byly, SA u Vasileios Ginis.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta' Settembru 2008 (Każ R 469/2008-2) hija annullata.
L-UASI hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 19 24.1.2009.