Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2024 – BBF Company vs EUIPO - Monster Energy (INSOMNIA ENERGY)
(Kawża T-59/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Shoqëria Tregtare BBF Company SHPK (Ferizaj, il-Kosovo) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Monster Energy Co. (Corona, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea INSOMNIA ENERGY” bil-kuluri iswed, aħdar u abjad – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 905 045
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 258/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tordna r-rimbors tal-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________