Language of document : ECLI:EU:T:2020:612





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2020 –
Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawżi magħquda T236/17 u T596/17)

“Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perijodu 2014-2020 – Qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea – Sejħa għal proposti – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Inammissibbiltà – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà parzjali – Deċiżjoni li tirrifjuta proposta – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Formulazzjoni mhux ekwivoku tat-talbiet tar-rikorrent

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 70)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Talbiet – Emendi fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76 u 84)

(ara l-punt 71)

3.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Ittra tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) li tinforma lid-destinatarju li l-proposta tiegħu għal għajnuna finanzjarja ma ntgħażlitx fil-kuntest ta’ abbozz ta’ lista tal-proposti magħżula – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 87 sa 104)

4.      Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Intimazzjoni tal-istituzzjoni – Sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Talba espliċita u preċiża – Assenza – Inammissibbiltà

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punti 112, 113)

5.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Setgħa tal-Qorti Ġenerali li tiċħad rikors fuq il-mertu mingħajr ma tiddeċiedi dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Portata tal-marġni diskrezzjonali tagħha

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 126 u 130)

(ara l-punti 117, 118)

6.      Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Proġetti kbar – Evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 966/2012, Nru 347/2013 u Nru 1316/2013)

(ara l-punti 146 sa 152, 189)

7.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjonijiet individwali

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 197 sa 211)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinstab fl-ittra ta’ INEA tas-17 ta’ Frar 2017 fir-rigward tal-proposta tar-rikorrenti b’risposta għat-tieni sejħa għal proposti magħmula għall-2016 fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali adottat fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1587 finali tas-17 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2080 li tistabbilixxi il-programm ta’ ħidma pluriennali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea abbażi tal-FNE għall-perijodu 2014-2020 (Kawża T‑236/17) u, min-naħa l-oħra, prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet ruħha illegalment milli tadotta deċiżjoni motivata dwar l-imsemmija proposta tar-rikorrenti u, sussidjarjament, talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1593 finali tal-14 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażla u l-għoti ta’ sussidji għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta; interess komuni abbażi tal-FNE fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (Kawża T‑596/17)

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Balti Gaas OÜ fil-Kawża T-236/17, fejn il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha f’din il-kawża.

3)

Balti Gaas OÜ għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-596/17.

4)

Ir-Repubblika tal-Estonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.