Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/10) 1

(“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Land Nordrhein-Westfalen – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Rikors manifestament fondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Möller, sussegwentement minn J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120, tas-7 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120, tas-7 ta’ Mejju 1997, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 134, 22.5.2010.