Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Settembru 2023 – FT, AL, ON vs État belge

(Kawża C-575/23, ONB et)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FT, AL, ON

Konvenut: État belge

Parti fil-kawża: Orchestre national de Belgique (ONB)

Domandi preliminari

L-Artikoli 18 sa 23 tad-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE 1 għandhom jiġu interpretati bħala li jopponu t-trasferiment b’mezzi leġiżlattivi tad-drittijiet relatati ta’ membru tal-persunal irregolat mir-Regolamenti tal-Persunal għal servizzi mwettqa fil-qasam tar-relazzjoni tax-xogħol?

Jekk tingħata risposta affermattiva l-kunċetti ta’ “atti konklużi” u “drittijiet akkwistati” fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva (UE) 2019/790 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu b’mod partikolari għat-trasferiment ta’ drittijiet relatati mwettaq permezz ta’ att leġiżlattiv adottat qabel is-7 ta’ Ġunju 2021?

____________

1 ĠU 2019, L 130, p. 92.