Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Törvényszék (l-Ungerija) fl-24 ta Ġunju 2013 – Sebestyén vs Kővári et

(Kawża C-342/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Katalin Sebestyén

Konvenuti: Zsolt Csaba Kővári, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt., Raiffeisen Bank Zrt.

Domandi preliminari

Għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital (Pénz- és Tőkepiaci Állandó Választottbíróság)?

Klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital, bir-riżervi previsti mill-imsemmi kuntratt, għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, minkejja l-fatt li l-imsemmi kuntratt jinkludi informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura rregolata mil-Liġi Nru°LXXI tal-1994, dwar l-arbitraġġ, u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja?