Language of document : ECLI:EU:T:2011:741





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 – Vuitton Malletier vs UASI – Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra)

(Kawża T-237/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ kisba ta’ karattru distintiv bl-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u (3), u 52(1)(a), u (2)) (ara l-punti 22, 43, 46, 68, 70, 73, 75, 79, 81, 82, 99-101)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal‑24 ta’ Frar 2010 (Każ R 1590/2008‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Friis Group International Aps u Louis Vuitton Malletier.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 1590/2008‑1), hija annullata sa fejn hija ddikjarat invalida t-trade mark Komunitarja Numru 3 693 116 għall-“ġojjelli inkluż ċrieket, ħoloq taċ-ċwievet, bokkli u msielet, pulzieri, brazzuletti, ornamenti, labar, ġiżirajjen, labar tal-ingravati, dekorazzjonijiet, medaljuni; arloġġerija u instrumenti u apparat kronometriċi, inkluż arloġġi, kaxxi ta’ arloġġi, żveljarini; għodda għat-tiksir tal-ġewż magħmula b’metall prezzjuż, il-liġi tagħhom jew miksija bihom, gandlieri magħmula b’metall prezzjuż, il-ligi tagħhom jew miksija bihom” fil-klassi 14 u l-prodotti “ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda” u “umbrellel” fil-klassi 18.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Louis Vuitton Malletier, Friis Group International ApS u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.