Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cemex et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/11) 1

(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tintalab informazzjoni – Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba – Obbligu ta’ motivazzjoni –Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cemex SAB. de CV (Monterrey, il-Messiku); New Sunward Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Cemex España, SA (Madrid, Spanja); Cemex Deutschland AG (Ratingen, il-Ġermanja); Cemex UK (Egham, ir-Renju Unit); Cemex Czech Operations s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Cemex France Gestion (Rungis, Franza); Cemex Austria AG (Langenzersdorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez, H. González Durántez u B. Martínez Corral, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, F. Castilla Contreras u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2360 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cemex SAB de CV, New Sunward Holding BV, Cemex España, SA, Cemex Deutschland AG, Cemex UK, Cemex Czech Operations s.r.o., Cemex France Gestion u Cemex Austria AG huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1  ĠU C 238, 13.08.2011.