Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fis26 ta’ Marzu 2024 – TK u OP vs Riksåklagaren

(Kawża C229/24, Brännelius )1

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TK u OP

Konvenut: Riksåklagaren

Domandi preliminari

Huwa neċessarju li l-iżvelar lill-pubbliku jkun seħħ bil-mod imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE tas-suq  sabiex informazzjoni titqies li saret pubblika fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-regolament?1

Jekk l-iżvelar lill-pubbliku jista’ jseħħ b’xi mod ieħor, liema ċirkustanzi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni għandhiex titqies bħala li saret pubblika fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a)?

____________

1L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1ĠU 2014, L 173, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 287, p. 320.