Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 – Kastenholz vs UASI – Qwatchme (Uċuħ tal-arloġġi)

(Kawża T-68/11) 1

(“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw uċuħ tal-arloġġi — Disinni preċedenti mhux irreġistrati — Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Novità — Artikoli 4, 5 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 — Dritt tal-awtur preċedenti — Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Erich Kastenholz (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Acker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Hanne, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Qwatchme A/S (Løsning, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Zöbisch, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010 (Każ R 1086/2009-3), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Erich Kastenholz u Qwatchme A/S.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Erich Kastenholz huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 113, 09.04.2011