Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ġunju 2010 - Wesergold Getränkeindustrie vs UASI - Lidl Stiftung (WESTERN GOLD)

(Kawża T-278/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta' Marzu 2010, fil-Każ R 770/2009-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Lidl Stiftung & Co KG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali WESTERN GOLD għal prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark nazzjonali u Komunitarja WeserGold għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 32; trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali Wesergold għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 32 u trade mark verbali nazzjonali WESERGOLD għal prodotti fil-klassi 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell la rrinvija l-każ u lanqas eżamina l-fondatezza tal-oppożizzjoni, ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba ksur tad-drittijiet ta' difiża tar-rikorrenti, kif ukoll ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, tas- 26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1).