Rikors ippreżentat fis-7 ta' Frar 2013 - Red Bull vs UASI - Sun Mark (BULLDOG)
(Kawża T-78/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Renck u I. Fowler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Sun Mark Ltd (Middlesex, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta' Novembru 2012 fil-Każ R0107/2012-2; u
tordna li l-konvenut u l-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell jekk din tintervjeni jbatu l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BULLDOG", għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 215 567
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali u internazzjonali tat-trade mark verbali "BULL" u "RED BULL" għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________