Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (Hongrie) fit-3 ta' Ġunju 2011 - Mecsek-Gabona Kft. vs Nemzeti Adó-és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-273/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mecsek-Gabona Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó-és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112 1, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment ta' merkanzija huwa eżenti mill-VAT meta l-merkanzija tkun ġiet mibjugħa lil xerrej li, għall-finijiet tal-VAT, kien irreġistrat fi Stat Membru ieħor fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt ta' bejgħ, u li x-xerrej jikkonkludi l-kuntratt tal-bejgħ fuq l-merkanzija inkwistjoni b'mod li d-dritt ta' li jiddisponi mill-merkanzija u t-titolu ta' proprjetà jiġu ttrasferiti favur tiegħu fil-mument tat-tagħbija tal-merkanzija fil-mezzi tat-trasport u li x-xerrej jassumi l-istess obbligu għat-trasport lejn Stat Membru ieħor?

Huwa biżżejjed, sabiex il-bejjiegħ ikun jista' japplika s-sistema ta' bejgħ eżenti mill-VAT, li jiżgura li trakkijiet irreġistrati barra mill-pajjiż iġorru l-merkanzija mibjugħa, li jkun rċieva d-dokumenti tas-CMR lura mix-xerrej, jew għandu jiżgura ruħu li l-merkanzija mibjugħa qasmet il-fruntiera u li ġiet ittrasportata fil-Komunità?

Il-preżenza ta' bejgħ eżenti mill-VAT tista' tiġi kkontestata biss għar-raġunijiet li l-awtoritajiet fiskali ta' Stat Membru ieħor iħassar b'mod retroattiv in-numru tat-taxxa Komunitarja tax-xerrej għal data qabel il-kunsinna tal-merkanzija?

____________

1 - Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.