Language of document : ECLI:EU:T:2014:808

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

16 ta’ Settembru 2014

Kawża T‑83/13 P

BS

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Leġiżlazzjoni dwar l-assigurazzjoni tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol – Prinċipju ta’ kolleġġjalità – Natura legali tal-kawża – Rata ta’ dannu għall-integrità fiżika u psikoloġika – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, BS vs Il‑Kummissjoni (F‑90/11, ĠabraSP, EU:F:2012:188), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. BS għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol – Invalidità – Kunċett – Feriti li huma ta’ gravità suffiċjenti– Inklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73)

2.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol – Invalidità – Skala ta’ evalwazzjoni ta’ dannu għall-integrità fiżika u psikoloġika – Applikazzjoni għal ħruq u ċikatriċi

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73; Regoli dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, Anness A, punt X)

1.      Għandha tiġi kkunsidrata bħala invalida, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persuna li, wara inċident jew marda kkaġunata mix-xogħol, ma hijiex iktar fi stat, kompletament jew parzjalment, li tgħix ħajja attiva normali. Minn din id-dispożizzjoni, jirriżulta b’mod ċar li mhux kull ferita fil-ġilda għandu jkollha bħala konsegwenza r-rikonoxximent ta’ rata ta’ dannu għall-integrità fiżika u psikoloġika. Huma biss il-feriti li jimpedixxu l-kontinwazzjoni tal-ħajja attiva normali, b’mod sħiħ jew parzjali, li huma koperti b’din id-dispożizzjoni.

(ara l-punti 58 u 59)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: sentenza tat-2 ta’ Ottubru 1979, B. vs Il‑Kummissjoni, 152/77, Ġabra EU:C:1979:220, punt 10

2.      Il-punt X tal-iskala Ewropea ta’ evalwazzjoni għal finijiet mediċi ta’ dannu għall-integrità fiżika u psikoloġika (DIFP) previst fl-Anness A tal-leġiżlazzjoni komuni dwar ir-regoli dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċjali, japplika għal ħruq fil-fond jew għal ċikatriċi patoloġiċi, l-użu tal-konġunzjoni ta’ koordinazzjoni “jew” ma jagħmel xejn ħlief li jippreċiża li l-allokazzjoni kkunsidrata ma tistax tkun kemm ħruq li huwa fil-fond u ċikatrizzazzjoni patoloġika sabiex tibbenefika minn rikonoxximent skont id-DIFP. Min-naħa l-oħra, kull ħruq mhux fil-fond ma jistax jibbenefika minn kumpens għad-danni iktar minn ferita mhux patoloġika.

(ara l-punt 61)