Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)
"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Euro-Information - Européenne de traitement de l'information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta' Ġunju 2010 (Każ R 892/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EURO AUTOMATIC CASH bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Euro-Information - Européenne de traitement de l'information hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 301, 6.11.2010.