Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Settembru 2011 - Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)

(Kawża T-251/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja verbali PASSION FOR BETTER FOOD - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vion NV (Best, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Klinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Kicia, sussegwentement R. Manea, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' April 2008 (Każ R 562/2007-4), li jikkonċerna r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PASSION FOR BETTER FOOD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Vion NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008.