Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ġunju 2008 - Vion vs UASI (PASSION FOR BETTER FOOD)

(Kawża T-251/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vion NV (Best, l-Olanda) (rappreżentant: A. Klinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' April 2008 (rikors R 562/2007-4), u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PASSION FOR BETTER FOOD" għall-prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 (applikazzjoni Nru 5 039 946).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħad l-applikazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: caħad l-appell.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, billi t-trade mark li għalija saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv biżżejjed.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 11).