Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Ġunju 2010 - Montero Padilla vs UASI - Padilla Requena (JOSE PADILLA)

(Kawża T-255/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali JOSE PADILLA - Trade marks u sinjali preċedenti JOSE PADILLA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' trade mark magħrufa sew fis-sens tal Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi u ta' trade mark li għandha reputazzjoni - Artikolu 8(2)(ċ) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(2)(c) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta' sinjal preċedenti użat fil-kors tan-negozju - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eugenia Montero Padilla (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment G. Aguillaume Gandasegui u P. Linde Puelles, sussegwentement A. Salerno u M. Di Stefano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José María Padilla Requena (Santa Eulalia, Spanja) (rappreżentanti: J. F. Gallego Jiménez u J. R. Gil Cantons, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta' Marzu 2008 (Każ R 516/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Eugenia Montero Padilla u José María Padilla Requena,

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Eugenia Montero Padilla għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta' José María Padilla Requena.

____________

1 - ĠU C 209, 15.08.2008.